Klabb Regatta Bormla

Sapporters Website. come on blues !!

REGATTA NAZJONALI  8 ta' Settembru 2022

Bormla jirbhu x-shield ta' Jum il-Vitorja kif ukoll jirbhu ix-Shield tal-Kategorija B 

RIZULTATI TAT-TIGRIJIET u qaddiefa li dahlu l-ewwel; post :

FREGATINA NISA   1.BIRGU    2.ISLA    3.BORMLA

Qaddiefa Birgu : Shazel Grima - Glyniss Mizzi 

KATEGORIJA A 

MIDALJI   1.BIRGU   2.ISLA   3.BORMLA 

Qaddiefa Birgu : Owen Zammit - Antoine Brignone - Wayne Xuereb - Sven Refalo  

FREGATINA    1.KALKARA    2.BORMLA    3.ISLA 

Qaddiefa Kalkara : Clyde Mizzi - Davison Micallef - Gulia Vella (coxswain) 

PASS BI TNEJN    1.BORMLA    2.ISLA    3.MARSAMXETT

Qaddiefa Bormla : Dennis Thornton - Clive Casha  

KAJJIKI    1.ISLA    2.BORMLA    3.BIRGU

Qaddiefa Isla : Nigel Sant - Christian Camilleri  

PASS B'ERBGHA     1.BORMLA    2.ISLA    3.BIRZEBBUGA 

Qaddiefa Bormla : Max Mamo - Clive Casha - Dennis Thornton - Jurgen Camilleri  

------------------------------------- 

KLASSIFIKA TAL-KATEGORIJA A 

REBBIEHA BORMLA 66 PUNT - ISLA 56 PUNT - BIRGU 24 PUNT  -  KALKARA 12 PUNT 

BIRZEBBUGA 8 PUNTI - MARSAMXETT  0  - MARSA  0  - SIGGIEWI  0 

 -------------------------------------

KATEGORIJA B 

PASS BI TNEJN    1.BORMLA    2.ISLA    3.BIRGU 

Qaddiefa Bormla : Charvon Gatt - Cleaven Falzon  

KAJJIKI    1.ISLA    2.BIRZEBBUGA    3.KALKARA

Qaddiefa Isla : Cayvon Gatt - Ericsen Lia 

MIDALJI    1.BORMLA    2.ISLA    3.BIRGU

Qaddiefa Bormla : Dusty Cassar - Charvon Gatt - Cleaven Falzon - Yannick Pace 

FREGATINA    1.ISLA    2.BIRZEBBUGA    3.KALKARA 

Qaddiefa Isla : Owden Caruana Smith - Cayvon Gatt - Theon Pace (coxswain) 

PASS B'ERBGHA    1.BORMLA    2.BIRGU    3.KALKARA 

Qaddiefa Bormla : Elton Azzopardi - Charvon Gatt - Cleaven Falzon - Yannick Pace 

---------------------------------------- 

KASSIFIKA TAL-KATEGORIJA B

REBBIEHA BORMLA 68 PUNT - ISLA 84 PUNT - BIRGU 28 PUNT - KALKARA 20 PUNT 

BIRZEBBUGA 8 PUNTI - MARSAMXETT 0  -  MARSA 0  -  SIGGIEWI 0

---------------------------------------- 

POLOZ  Regatta Settembru 2022

---------------------------------------------- 

Pagna:                     REGATTA Globali

Pagna fuq Regatta Generali u ddedikata lil dawk  kollha li jhobbu jsegwu dan l-isport. Kull ahbar marbuta mar-Regatta u min kull klabb li nkunu nafu bija se tkun imnizzla f'din il-pagna. Din il-pagna se tkun f' idejn il-webmaster, li wara kollox huwa sapporter li jhobb ir-regatta Globali , u kull informazzjoni  min gurnali, websites, facebook, emails, ecc, se ssibuhom f'din pagna. Kull min ikollu xi informazzjoni jista jibaghta fuq email : regattabormlawebsite@yahoo.com.    Webmaster

------------------------------------------------------------------------

KALKARA REBBIEHA TAL-PALJU 

 Ir-rebbieħa tar-Regatta tal-Valletta Pageant of the Seas 2022 huma il-Kalkara! Fit-tieni post il-Marsa, u fit-tielet post Bormla. Awguri!

It-tigrija kienet wahda ikkulurita pero nistu nghidu li dizappuntanti ftit minhabba li Bormla u l-Isla  li kienu kwatati li jistghu jergu jiehdu il Palju ghat tieni darba dahlu f' xulxin , hekk gara ukoll lid-dghajsa ta' M'xett meta ippruvat taddi  lid-dghajsa ta' birzebbuga u spiccaw dahlu f'xulxin ukoll . Il-Kalkara min polza 2 kellha hrug tajjeb u zammet il pass mad-dghajjes kwatati biex tiprova tikteb storja ghal dan il-klabb li qed jerga  jikber bilmod, bid-distretti ta' Bormla , l-Isla u M'Xett u Birzebbuga li minhabba li dahlu f'xulxin naqsu ir-ritmu u kien iebes ic cans li jirbhu it-tigrija avolja komplew , il-Kalkara bdiet temmen iktar u zieded ic-cans li tista terbah il-Palju ghal-ewwel darba fl-istorja taghha . 

Nawguraw lid-distrett tal-Kalkara ghas-success li kiseb f'din l-edizzjoni tal- Valletta Pageant of the Seas 2022 

 

Id-Dghajsa Kalkariza bl-isem ( MILL-GIR ISMI ) li id-distrett ikkompeta biha , bil-Palju mirbuh sejra lejn il-Kalkara .  

 

Membri tal-kumitat u qaddiefa li hadu sehem ghal-Kalkara wara li waslu il-klabb bis-success li kisbu f'din l-edizzjoni , flimkien mal-Palju !

------------------------------------ 

Regatta globali - Jum IL-HELSIEN 2022

Ħarsa lejn it-tlielaq kollha 31ta'Marzu 2022

Tellieqa tan-nisa – Frejgatini

Il-Birgu komplew jiddominaw it-tellieqa inawgurali tal-Frejgatini tan-nisa, tellieqa li bdiet kważi 45 minuta tard mill-ħin skedat. Il-koppja Shazel Grima u Glynnis Mizzi għelbu l-isfida tal-Kalkara, Bormla u l-Isla b’qadfa konsistenti. Huma rebħu f’seba’ minuti u 27 sekonda biex il-Ġirbin żiedu mar-rebħiet ta’ Jum il-Vitorja fl-2020 u ż-żewġ tlielaq tal-2019. Riżultat – 1. Birgu, 2. Kalkara, 3. Bormla, 4. Isla

L-ewwel tellieqa – Kategorija B – Tal-Pass b’żewġ imqadef

Charvon Gatt u Cleaven Falzon, Bormla rebħu l-ewwel tellieqa ta’ Kategorija B. Huma ddominaw it-tellieqa hekk kif aktar ma beda jgħaddi l-ħin, Bormla bdew jaqtgħu lill-avversarji tagħhom u kkontrollaw it-tellieqa mingħajr diffikultà. Il-Birgu permezz ta’ Luke Ciantar u Owen Galea daħlu b’mod komdu fit-tieni post filwaqt li l-Isla għelbu l-isfida tal-Kalkara u kisbu s-sitt punti tat-tielet post. Rizultat - 1 Bormla  2 Birgu  3 Isla

It-tieni tellieqa – Kategorija A – Tal-Midalji

L-ewwel kolp fil-Kategorija A għall-klabb tal-Isla. Permezz ta’ Redeemer Rapa, Glenn Zammit, Russell Bugeja u Andrè Gauci kisbu l-ewwel post f’ħin tajjeb ħafna ta’ erba’ minuti u 52 sekonda. Il-Birgu kisbu t-tieni postL-ewwel kolp fil-Kategorija A għall-klabb tal-Isla. Permezz ta’ Redeemer Rapa, Glenn Zammit, Russell Bugeja u Andrè Gauci kisbu l-ewwel post f’ħin tajjeb ħafna ta’ erba’ minuti u 52 sekonda. Il-Birgu kisbu t-tieni postL-akbar telliefa f’din it-tellieqa kienu Bormla li minkejja l-ekwipaġġ b’saħħtu magħmul minn Kieran Zammit, George Frendo, Clayton Darmanin u Jurgen Camilleri nqatgħu waqt it-tellieqa minħabba li jidher li ġew skwalifikat wara inċident mal-Kalkara. Riżultat – 1. Isla 20 punt, 2. Birgu 12-il punt, 3. Birżebbuġa 6 punti

It-tielet tellieqa – Kategorija B – Kajjiki

Cayvon Gatt u Ericsen Lia taw l-ewwel rebħa lis-Sengleani fil-Kategorija B tal-Kajjikki. Huma għelbu d-dwell mal-koppja ta’ Marsamxett magħmula minn Mel Magro u Shylon Gauci f’taqtigħa interessanti. Gatt u Lia temmew it-tellieqa f’sitt minuti u 48 sekonda. Riżultat – 1. Isla 12-il punt, 2. Marsamxett 8 punti, 3. Birgu 4 punti

Ir-raba’ tellieqa  Kategorija A – Frejgatini

Rebħa importanti għat-tim tal-Kalkara. Permezz ta’ qadfa mill-aqwa, il-koppja Clyde Mizzi u Davison Micallef taw it-12-il punt lill-klabb tal-Kalkara f’ħin ta’ 6 minuti u 54 sekonda. Kieran Zammit u George Frendo reġgħu spiċċaw it-tieni għal Bormla, bl-Isla jidħlu t-tielet eżatt qabel Birżebbuġa. Riżultat – 1. Kalkara 12-il punt, 2. Bormla 8 punti, 3. Isla 4 punti

Il-ħames tellieqa – Kategorija B – Tal-Midalji

It-tieni rebħa għal Bormla f’Kategorija B. Permezz tal-qaddiefa Dusty Cassar, Charvon Gatt, Cleaven Falzon, Yannick Pace huma rebħu f’erba’ minuti u 59 sekonda u b’hekk saħħew posthom fil-quċċata tal-klassifika. L-Isla rnexxielha takkwista t-tieni post, ftit sekondi qabel il-Birg. Riżultat – 1. Bormla 20 punt, 2. Isla 12-il punt, 3. Birgu 6 punti

Is-sitt tellieqa – Kategorija A – Tal-Pass ta’ bit-Tnejn

Il-koppja Clive Casha u Dennis Thornton żammew mal-aspettattiva u komplew is-serje ta’ rebħiet konsekuttivi f’din it-tellieqa. Huma kellhom tellieqa konsistenti u kienu fuq quddiem tul it-tellieqa. Mhux bogħod ħafna minnhom daħlu l-koppja Juan Farrugia u Peter Cremona ta’ Marsamxett, bil-qaddiefa ta’ Birgu jidħlu qabel BirżebbuġaRiżultat – 1. Bormla 20 punt, 2. Marsamxett 12-il punt, 3. Birgu 6 punti

Is-seba’ tellieqa – Kategorija B – Frejgatini

F’dik li kienet żgur waħda mill-aħjar tlielaq fil-ġurnata, Bormla ħarġu rebbieħa f’taqtigħa missielta bejn erba’ Frejgatini. Il-koppja Dusty Cassar u Elton Azzopardi waqqfu l-arloġġ f’seba’ minuti u 14-il sekonda qabel Marsamxett tal-veteran Gino Viacava u Mel Magro. Il-Birgu għaddew bi ftit lill-koppja tal-IslaRiżultat – 1. Bormla 12-il punt, 2. Marsamxett 8 punti, 3. Birgu 4 punti

It-tmien tellieqa – Kategorija A – Kajjikki

Maximilian Mamo u Romario Brignone ta’ Bormla għelbu l-isfida ta’ Christian Camilleri u Nigel Sant tal-Isla f’sitt minuti u 26 sekonda. B’din ir-rebħa, Bormla komplew jersqu viċin li jirbħu wkoll ix-Shield f’Kategorija A. Il-Birgu rnexxielhom jidħlu fit-tielet post, bil-kajjikk ta’ Marsamxett jaqta’ lura fl-aħħar parti wara li kienu mal-ewwel tnejn.  Riżultat – 1. Bormla 12-il punt, 2. Isla 8 punti, 3. Birgu 4 punti

Id-disa’ tellieqa – Kategorija B – Tal-Pass b’Erbgħa

Din it-tellieqa mmarkat uffiċjalment ir-rebħ ta’ Bormla fil-Kategorija B. Il-qaddiefa Elton Azzopardi, Charvon Gatt, Cleaven Falzon u Yannick Pace kisbu rebħa meritata hekk kif kienu fuq quddiem għal ħafna mit-tellieqa. Sfida tajba mill-Birgu li tal-anqas irnexxielhom iżommu t-tieni post, eżatt qabel l-IslaRiżultat – 1. Bormla 24 punt, 2. Birgu 16-il punt, 3. Isla 8 punti

Klassifika Finali ta’ Kategorija A

Bormla 64 punt, Birgu 38 punt, Isla 32 punt, Birżebbuġa 14-il punt, Kalkara 12-il punt, Marsamxett 12-il punt

Klassifika Finali ta’ Kategorija B

Bormla 76 punt, Birgu 42 punt, Isla 38 punt, Marsamxett 16-il punt

 

BORMLA TIRBAH IR-REGATTA TA' JUM IL-HELSIEN GHAL 13 il-Darba u TERBAH UKOLL IL-KATEGORIJA B GHAL 12 il-Darba   

Mill-Ghaqda Regatta Nazzjonali 

 

 

Wara komunikat mall-klabbs kollha partecipanti tar-regatta gie deciz li b'effet immedjat jitwaqqaf it-tahrig kollu kemm fil-bahar kif ukoll fil-klabbs u dan sussegwentament iwassal biex tigi posposta w imhassra r-regatta tal 31 ta' Marzu li gej. Dan sar b'responsabbilta kbira ghal gid tas-sahha tal-membri taghna kollha u ta l-isport ingenerali.

Stephen Paris

President
Ghaqda Regatta Nazzjonali u qdif iehor.

x' ser naraw fir-regatta Settembru 2019 

L-ewwel ahbar hija li ir-Regatta Nazzjonali ta' 8 ta' Settembru 2019 se tkun qed tixxandar Live fuq l-istazzjon Nazzonali TVM2 , huwa xieraq li l uniku sport li ghandna f'Malta ikun imxandar live . Grazzi lil kumm min hadem biex din il-holma ta hafna dilettanti tar-Regatta saret realta.  

Meta jkollok Regatta live huwa vantagg kemm ghal nies li ma' jistux imorru il-Belt, vantagg ghal morda li jistu jsegwuha , vantagg ghal Maltin li ma' joqghodux f' Malta  u jsegwuha permezz ta' l internet , vantagg ghal min mhux delettant imma jsegwi kif tahdem ir-Regatta x' tip ta tigrijiet ikun hemm u  punti kif jitqassmu (dan grazzi ghal Sandro Micallef li jaghti kull informazzjoni ). 

Barra min hekk vantagg ukoll ghal certi klabbs li jkunu mal-bahar  bhal klabb tal-Marsa , l-Isla u anke Marsamxett li facilment il -klabb jaghmel Tv jew big screen u min hemm jaraw it-tluq u anke il-finish specjalment meta d dghajjes jidhlu ras imb ras .

Mhux l-ewwel darba li hbieb tieghi li jkunu jsegwu mill-Isla jcempluli ghax jiena nkun il-Belt u jghiduli min dahal fit-tieni post jew fl-ewwel post ,, ghax ir-rizultat ma' jinstemax mill-Isla jew min Sant Anglu .  Dan kollu vantagg ghalina id-dilettanti .

It-Tieni ahbar tajba ir-regatta se tkun Reklam ghal Malta, se jkun hawn xi Media Franciza li din se tiehu filmati tar-Regatta Maltija u se turijhom fuq stazzjon telviziv ta' pajjizha. Dan kollu zgur grazzi ghal President ta' l-Ghaqda Regatta Nazzjonali Stephen Paris, li issa, qed naraw ukoll ir-Regatta parti min wirt turistiku ta' Pajjizna u b'hekk nies li jkunu delettanti tal-Bahar ghad narahom f'pajjizna bhala turisti biex isegwu r-regatta tradizzjonali taghna il-Maltin , bhalma naraw turisti li jigu f'Malta minhabba il-loghob tan-Nar.

It-Tielet  ahbar hija fuq it-tigrija tal-fregatini tan-nisa , li jidher car li hemm kompetizzjoni kbira u anke se naraw iktar tfajliet godda li se jiehdu sehem. Din it-tigrija qed tqajjem hafna interess fost zaghazagh tfajliet  li bosta hbieb taghhom qed jinzlu jissapportjawhom il-port . Dan huwa punt krucjali biex ir-Regatta ma tibqax assoccjati bhala sports ta Irgiel biss . 

Ir-Raba  ahbar hija fuq tigrijiet li jidher car li se jkunu tigrijiet kumbattuti kemm fil-kategorija A u anke fil-B ,, qed naraw qaddiefa godda, qaddiefa mill B jipruvaw fil-kategorija A , u qed naraw ukoll qaddiefa ta' stroffa bi kru tajbin  li qed jaghtu kedda lil qaddiefa kwotati u dejjem naraw u zgur se nistennew bosta sorprizi kemm f'din ir-regatta kif ukoll fis-snin li gejjin. 

Grazzi ukoll lil-Ghaqda Regatta Nazzjonali li qed tahdem hafna fuq dan l-isports biex jilhaq il-livell mixtieq , grazzi ukoll lil Media li ukoll qed narawha tghin u tigbed habel wiehed ma' l-ghaqda regatta nazzjonali , kif ukoll l-Istazzjonijiet kemm tat-televizjoni u anke Radju li jaghtu palatta biex iqajjmu iktar interess f'dan l-Isports. 

Fl-ahhar mhux inqas zgur li nawguraw lil klabbs kollha success u grazzi meta tqis li dawn il-kumitati tal-klabbs  kollha immexxijja min nies volontarji , kif ukoll grazzi ghal qaddiefa kollha li jtellu spettaklu fil-port ! 

------------------------------------------------------------------ 

 

Ix-Shield ta' Marzu 

 IX-SHIELDS ta' Marzu irrestawrati mill-gdid 

 

--------------------------------------------------  

 

(ritratt: Stephen Paris Presidnet ta'  l-Ghaqda Regatta Nazzjonali) 

Wara li l-Ghaqda Regatta Nazzjonali u qdif iehor  irrestawrat ix-Shield ta' Settembru , is-sur Stephen Paris President ta' l-Ghaqda  habbar li x-shield ta' Marzu ukoll qed tigi restawrata u maghha qed tigi irrestawrata ukoll ix-shield tal-Kategorija B. 

(ritratt: ix-Shield ta' Marzu ;i qed tigi restawrata) 

Huwa habbar  li ix-shield ta' Marzu kellha bzonn ukoll restawr importanti kif ukoll appella lil klabbs biex min jerbah kemm jista jkun jibzu ghal dan ix-xoghol kollu li sar, li jinvolvi hafna spejjes u xoghol. Ix-xoghol kien jinvolvi li sahansitra inbidlet l-injam kif ukoll giet imnaddfa mill-gdid l-Arma tan-nofs tax-shield, dik li fuqha hemm il-Monument tal-Helsien. l-Istess sar fuq tal-Kategorija B li din ukoll sarilha restawr tajjeb hafna avolja mhux antika daqs ix-shield tal-Kategorija A. B' hekk issa nistu nghidu li hemm 4 shields irrestawrati dawk tal- kategorija a/b ta' settembru u issa dawn tal-Marzu ukoll. 

Stephen semma ukoll li issa baqa' l-ahhar shield dik ta' youths u habbar ukoll li din se tigi ukoll restawrata . Dan kollu kien possibbli ghal bosta nies li hadmu fuq dawn ix-shield kif ukoll ghal Sports Malta . Habbar li ghaddej xoghol iehor relatat max-shields li ser tkun sorpriza meta jitlesta , u se jgawdu minnu l-klabbs infushom.

 ---------------------------------