Klabb Regatta Bormla

Sapporters Website. come on blues !!

STORJA TAL-KLABB -     " IL-BIDU TAL-KLABB "       SEZZJONI  I    

 

          

go to top

STORJA TAL-KLABB  -      " Mill-1951 sal-1969 "        SEZZJONI  II

Twaqqif tal-klabb mill-gdid min wara t-Tieni Gwerra l-quddiem.

Wara   l-gwerra   hafna   bnadi  minn   Malta   kienu   mgarfa  bil-bombi  ta'  l-ghadu, l-aktar il-Kottonera  u  habba  f ' hekk  t-tigrijiet waqfu  ghal kollox. Ir-regatta regghet bdiet tigi organizzata fl-1951,  imma  sabet  lid-distrett  Bormliz  bla  dghajjes.  Hafna mid-dghajjes li l-Bormlizi kienu jaqdfu bihom fit-tigrijiet ta' qabel il-gwerra (li kienu jissellfuhom minghand individwi )  kienu   meqruda   bil-bombi   ta'   l-ghadu ,   bil-konsegwenza li l-ftit opri  li  xi individwi irnexxielhom isalvaw min qalb it-tifrik ma' kienux  f 'kundizzjoni tajba li setghu jintuzaw.

 

ritratt: Individwi u barklori li  hafna  minnhom  kienu  jselfu  d-dghajjes  lid-distretti   biex   jippartecipaw   fir-Regatta   bihom,  kif  ukoll   hafna minnhom kienu  attivi f 'dan l-isports.

Fl-1951 il-klabb Bormliz sab ma' wiccu aktar problemi li  ried isolvihom fi ftit zmien biex malajr kemm jista jkun  jerga  jiehu sehem  fir-regatta u  jkun forza qawwija kif kien qabel il-gwerra.  L-akbar problema  li bdiet  tinkwieta  lil  Bormlizi  ma'  kienetx biss in-nuqqas  ta'  dghajjes,   imma   x-xatt  ta'  Santa Teresa  li   garrab   hsarat   kbar bil-bombi  ta'  l-ghadu   u   kien  propju  f ' dan  iz-zmien  li  nqalghet  kwistjoni  bejn  il-Gvern Malti  u  l-Ammiraljat  dwar  dan ,  li  kompliet  holqot  ghadd  ta'    problemi ohra  u  b' hekk  saret   iktar   difficli   ghall-kumitat   Bormliz  biex  jaghmel  it-tahrig  tieghu  ghat-tigrijiet ,  li qatghet  qalb  hafna   dilettanti   Bormlizi  li  xtaqu  jergghu  jaraw lil belthom armata tajjeb bhalma kienet qabel. 

 

ritratt :    Ix-xatt maghruf bhala ta' St Teresa li fil-gwerra garrab hafna hsarat bil-bombi ta' l-ghadu.

 Din  il-kwistjoni  kienet  daqqa  ta'  harta ghall- Pawlu  Vella  Bormliz attiv  maghruf bhala  (Pawlu ta' Ester) ,   li  minn  ckunitu  kien  dilettant  kbir  tar-regatta u hadem u stinka biex Bormla, terga tiehu  sehem  mill-gdid u tikseb is-success fit-tlielaq.  Wara l-gwerra  bdew  tentattivi  biex  jergghu  jsiru t-tigrijiet u Pawlu mill-ewwel intebah li d-dilettanti    Bormlizi   kienu   tilfu   kull   hegga  w  entuzjazmu  li  kienu   maghrufa ghalihom.  B'sagrificcji  kbar beda jghaqqad u jorganizza d-distrett  mill-gdid u ntefa b' ruhu   u  b' gismu biex  iqajjem  l-interess  u   jheggeg   liz- zghazagh  biex   jaqbdu l-moqdief u jippartecipaw f ' isem  Bormla.   Frott  ta'  kemm  stinka  u  ghar-rispett  li Pawlu kien igawdi mill-poplu bormliz ,  ghadd   ta'  dilettanti  nghaqdu  mieghu biex jiffurmaw Ghaqda u minnufih bdiet il-hidma mill-gdid.

 

ritratt: is-Sur Pawlu Vella maghruf bhala Pawlu Ta' Ester 

Pawlu Vella wiehed kien iqiesu bhala genju tal-bahar, kien jaraf dghajsa xi jkollha hazin mill-ewwel u  kien kapaci jissettja d-dghajsa bl-ahjar mod possibbli ghal kull qaddif. Pawlu kien delettant ukoll tad-daghjjes tal-qlugh u dan kien ta' vantagg  ghalih biex anke jissettja d-dghajjes skond ir-rih li kien ikun f'dik il-gurnata. Skond informazzjoni li ksibna Pawlu Vella miet fl-ahhar tas-snin 60 ,   pero huwa ghallem lill- John Brincat (  li jigi it-tifel ta' Joe Brincat  li hadem bosta opri tal-Pass )  b'dawn  it-tattici  tal-bahar.  Il-hsieb ta' Pawlu kien  li  Bormla  wara li huwa jhalli din id-dinja ikollha min jista jiehu  postu  specjalment  fejn  jidhol  issettjar  ta' dghajjes u bosta affarijiet ohra , u b'hekk  l-klabb Bormliz li huwa tant  kien ihobb jibqa  b' sahtu ,  kif  filfatt  gara  fis-snin 70.           ( din l-informazzjoni miksuba min  John Brincat stess ,  fejn huwa  jghidilna li   Pawlu Vella   tista tghid li kien il-mohh u l-fundatur   tal-Klabb Regatta Bormla  biex il-klabb kompla jissahhah u gew dawk  l-unuri kollha   fis-snin 70  u anke  80  avolja  huwa kien halla din id-dinja fl-ahhar tas-snin 60 ghax lehaq ghallem dak li jaf lill-haddiehor ) 

Pawlu Vella xtaq li l-klabb Bormliz ikollu sett daghjjes  tieghu li jintuzaw fir-regatta biss. B'hekk persuni flimkien mieghu, ifformaw kumitat biex tibda il-hidma biex Bormla terga tirritorna fil-Regatta Nazzjonali mill-aktar fis possibbli, u  fost l-ewwel membri fil-kumitat insibu lil Karmenu Grech (tal-posta) ,  George Grace, Joseph Rizzo, Censu Gili u Charlie  Micallef  (l-ispizjar).   Dawn in-nies kienu strumentali  biex  fuq  l-ideja ta' Pawlu Vella  d-distrett  ikollu   d-dghajjes  tieghu ,  u tinqata  darba  ghal  dejjem  id-drawwa  li  jissellfu   l-opri   minghand  individwi ,   li  fl-imghoddi  kienet   iggib    hafna    inkwiet    fost    il-qaddiefa ,    l-klabb  u  s-sidien  tad-dghajjes.   Il-kumitat   beda  jigbor  il-flus  biex  issir  l-ewwel  daghjsa   Bormliza u sadanittant xi membri ppruvaw isibu xi ndividwi biex forsi jsellfuhom xi fregatina jew kajjik sa kemm id-distrett ikollu d-dghajjes tieghu.

Mis-sena 1951 regghet  bdiet issir  mill-gdid  ir-regatta,  imma minhabba il-problemi tax-xatt ta'  Santa  Teresa  l-Klabb   Bormliz  ma'   kienx  ha   sehem   shih   fir-regatta. Ghalkemm  kien  hemm  xi kajjikki  u  fregatini  li  pparticipaw  f' isem Bormla wara li ghamlu t-tahrig taghhom fil-Kalkara.

 

ritratt;  il-port il-kbir fejn kienet u ghada issir ir-Regatta Tradizzjonali   

 Bis-sehem  limitat taz-zewg dghajjes li  Bormla  hadet  sehem  bihom  f 'dik  is-sena, qajmu  reazzjoni   kbira   fost   id-dilettanti  Bormlizi  li  sahansitra   hadugha   kontra l-kumitat  u sostnhew li  ma'  kellux  ihalli  lil hadd jirrapprezenta lil Bormla, ghaliex il-partecipazzjoni   taghhom    fl-opri  z-zghar  kienet  tfisser  daqqa  lura  ghall-klabb Bormliz,  li  fl-istorja  kbira  tieghu  dejjem   kien   sfidant   f' dawn   it-tigrijiet.   Imma  ghall-hafna dilettanti ohra li  Bormla  hadet sehem b' dawn iz-zewgt dghajjes tfisser ta' kuragg u awgurju tajjeb ghal-futur tal-klabb u biex tkompli tinkuraggi  l-qaddiefa zghazagh.   Il-Kajjik  kien   dahal   l-ewwel   f'dik   l-edizzjoni   (1951)   meta  tqis  tant sagrificcji  li ghamlu dawn  il-qaddiefa (bit-tahrig fil-kalkara) ghax verament xtaqu li Bormla tiehu sehem fir-regatta bhal qabel il-gwerra.

 

ritratt; L-ewwel daghjsa Bormliza tal-pass bl-isem 8 ta' Dicembru, quddeim il-mahzen tas-sur Joseph Cassar (IL-BENGALA) fil-Kalkara fejn inhadmet.

Il-kumitat Bormliz baqa jigbor il-flus  bil-hsieb   li   jibni   l-ewwel   dghajsa   tieghu ,  il-problema tax-xatt dehret    li se  tiehu  fit-tul ,  xi ndividwi kellmu liz-zewgt nahhat fil-kwistjoni  biex isibu   soluzzjoni  u   jerga   jinfetah   ix-xatt   mill-gdid ,  anke saret petizzjoni  fost il-Bormlizi   li   fiha   talbu   lill-awtoritajiet   civili   biex  isolvu  malajr il-kwistjoni tax-xatt.   Il-hegga  li  Bormla tirritorna bis-shih fir-regatta issa kibret sew u aktar zghazagh u qaddiefa   bdew  juru   nteress   u    nghaqdu   b'determinazzjoni mal-kumitat biex jaslu  ghal-dak  li riedu,  imma   minhabba   n-nuqqas ta' facilitajiet adegwati   biex ikunu   jistghu   jnizzlu   l-opri   fil-bahar    kellhom   bilfors    jastjenu mill-partecipazzjoni taghhom fir-regatta, sadanittant il-Kumitat kien qabbad wiehed mill-aqwa bennejja tad-dghajjes  is-Sur Joseph Cassar  maghruf  bhala  l-BENGALA  biex flimkien ma' Joe Brincat  jibnu  l-ewwel  dghajsa  ghad-distrett  Bormliz , Fl-1953 tlestiet l-ewwel dghajsa tal-klabb  bl-isem  ( 8 ta' Dicembru ) , dghajsa  tax-xoghol  jew maghrufa  ahjar bhala id-dghajsa tal-pass. Din  tbierket  mill-Arcipriet,  imma   l-klabb ma'  kienx ha sehem fir-regatta minhabba  il-problema tax-xatt li kienet ghada mas-solvietx. 

 

 mix-xellug: J. Brincat, M. Grima, J. Bonnici, G. Zaffarese, J. Brincat, P.Vella, C. Grech,            J. Rizzo, G. Grace, J. Brincat, J. Cassar, J. Brincat, S. Stivala, H. Brincat : Membri tal-kumitat flimkien mad-daghjsa 8 ta' Dicembru.

Ghalkemm  il-klabb  ma'  kienx  ha sehem ,  l-inizzjattiva  li jkompli jibni d-dghajjes tieghu  kompliet,  kif ukoll  l-interess fost il-Bormlizi  kiber  sew u ghadd ta' Bormlizi dahlu membri fil-klabb u l-ghajnuna  ssahhet sew, sal-1955 id-distrett Bormliz baqa  ma' ppartecipax fir-regatta u sahansitra anke fil-gurnali kitbu dwar il-klabb Bormliz  li mhux qed jiehu sehem. 

Fl-istess  sena (1955)  saret  l-Aggregate Shield  u  f ' din   is-sena   stess   il-Haddiema  tal-Gvern inghataw  ordni  biex  jibdew  jirrangaw  ix-xatt  ta' Santa Teresa ,  u  hawn kull  delettant Bormliz specjalment   haddiema   stess   li  nzertaw Bormlizi li hadmu fuq dan ix-xatt irsistew mhux  ftit biex  ix-xoghol  jitlesta  malajr ghax kienu jafu li se jergghu jaraw lil Bormla mill-gdid fil-port. Mhux talli  x-xatt tkabbar milli kien imma ttrangaw zewgi mhazen  kbar  tas-servizzi  biex  fihom   il-Bormlizi   jzommu   l-opri  taghhom.

ritratt: ix-xatt ta' santa teresa li fl-1955 gie rrangat wara hafna hsarat li garrab fil-gwerra

Kien  fl- 1957 li  Bormla  hadet sehem  f 'xi  korsi   tax-xoghol  maghrufa b' tal-Pass.

ritratt: it-tigrija tal-Midalji 1958 fejn Bormla bid-dghajsa Stella Maris dahlet fit-tieni post.

Fl-1958  id-distrett Bormliz rega   gie   organizzat mill-gdid u fir-regatta ta' dik is-sena ssieheb mill-gdid  ufficjalment  mad-distretti  l-ohra.   Membru mill-klabb  kien    avvicina lis-Sur  Guzeppi  Gazan   li   kellu   dghajsa   tal-Midalji   f ' wiehed  mill-mahzen   ta' Manoel Island , fejn   talbuh  biex jislifilhom sa  kemm  id-distrett   ikollu  d-dghajsa  tieghu ,  s-sur  Gasan   mill-ewwel   accetta   t-talba   taghhom   u   xtaqilhom   success   fit-tigrija.Din id-dghajsa kien jisimgha (Stella Maris) u nbniet   fl-1953   mill-imghallem   Joseph   Cassar   u   kienu   ghamlu   zmien   jaqdfu   biha   d-distrett    ta' Marsamxett.   Il-Bormlizi   riedu  jaqtghu   figura   tajba  u  l-kumitat   kompla   jarma  d-dghajjes u jharreg iktar zghazagh jaqdfu. Dik is-sena 1958  Bormla rebhet it-tieni Palju fit-tigrija tal-Midalji, rebhet it-tielet post fit-tigrija tal-Pass b'zewgt imqadef , kif ukoll it-tieni post fit-tigrija tal-Pass b'erbgha imqaddef. 

ritratt:   ir-regatta  li  skond  id-data li  tidher fir-ritratt hija tas-sena 1960 li fija kien hemm il-boykot mill-Partit tal-Haddiema

 Fl '  1959 - 1960 - 1961 minhabba  kwistjoni li kellu l-Partit Tal-Haddiema mal-Gvern Ingliz, it-tigrijiet kienu affetwati hazin. Il-Partit ordna boykott fuq it-tigrijiet u b'hekk id-distrett Bormliz   ma'  distretti  ohra   b-boykottja  t-tigrija .   It-tigrijiet  fl-1959 u 1960 saru xorta fil-port fuq skala ndividwali u l-uniku  distrett  li  ha   sehem    kien  il-Kalkara filwaqt li l-edizzjoni tal-1961 kien hemm distretti  ohra li  hadu sehem fosthom l-Isla li rebhet sahansitra x-shield.

F' Dan  iz-zmien  tal-Boykot  fir-regatta   l-Partit  tal-Haddiema  organizza  Regatta  huwa stess fix-xatt ta' Tigne f'tas-Sliema, li whud mid-distretti fosthom Bormla hadu sehem f'din it-tigrija flok dik Nazzjonali li tkun fil-Port  il-Kbir. Pero  fir-regatta  li  organizza   l-Partit tal-Haddiema f' Tigne  inqala  l-glied  bejn  pulizija  u  l-organizzaturi,   u twaqqaf  kollox. Il-Qaddiefa Bormlizi li kienu hadu sehem  fir-Regatta f' Tigne   kienu   Zaren Grech , Ta' Ralla , il-Hobz Degorgio u Tony , maghhom kien hemm ukoll il-qaddif George Busuttil (li anke kien fil-kumitat Bormliz tas-sena 1968) dawn il-qaddiefa kienu gew arrestati u kien iddefendihom Dr Patrick Holland, huma ttellghu l-Qorti u wehhlu 18 il-bija'.

Fl-1962  il-boykott  tnehha  u  l-provi  fil- port  taw  indikazzjoni  li  r-regatta   se  tkun  ikkontestata  mill-gdid mid-distrett kollha.

 

ritratt: Qaddiefa li kellu il-klabb li gabu paljijiet sbieh lejn Bormla

 Il-hidma   tal-kumitat  Bormliz  kompliet ,  u l-klabb   kompla jharreg hafna Bormlizi biex jissoda  l-opri  tieghu ,  l-progett u  l-ambizzjoni  tal-klabb  li  jkollu  sett dghajjes  komplut wkoll  kompliet  u rega'  tqabbad   l-imghallem    Joseph Cassar u Joe Brincat   biex   jibni dghajsa tal-Midalji  u  fl- 1962  tlestiet id-dghajsa  tal-Midalji    bl-isem  ta'  (Malta).

 Informazzjoni li taghna John Brincat fuq id-dghajsa tal-Midalji "Malta", qalilna li din kienet  ingabret minn Tony Cappello li kellu hanut flok dak li llum insibuh   ( Siemens Bar )  u  ngabret mill-klijentiera tieghu. Pero din id-dghajsa giet regalata lill- Klabb Regatta Bormla f' isem il-Partit tal-Haddiema. Dan sar biex jekk jerga jsir xi Boykot il-Partit ma' jhallix din id-dghajsa tintuza fir-Regatta. Id-dghajsa tal-midalji b'isem MALTA rebhet 3 snin wara xulxin l-ewwel palju, pero ma' tantx kella tgawdi il-port ghax din id-daghjsa kienet imbarmet  u ma' tantx intuzat, fil-fatt minhabba f'hekk fis-sena 1967 il-klabb ghamel dghajsa gdida tal-midalji ohra bl-isem TERESA.

 

ritratt:  Id-dghajsa   tal-midalji  li  nhadmet  fl-1962   b' isem   Malta   li rebhet il-palju ta' l-ewwel  tlett snin konsekuttivi 1963 ( hin rekord ) ,1964  u 1965

Fl' 1963 id-dghajjes    tal-Pass   wara   kull   tigrija   bdew  jintiznu ,  dan  minhabba  li d-distrett  ta' l-isla  kellu  daghjsa  tal-pass  li  fil-gwerra ma'  nqerditx  u  kienet  ihfef mid-dghajjes l-ohra. Dan il-fatt qajjem hafna argumenti u b'hekk barra li d-dghajjes  riedu jitkejlu bdew  jintiznu wkoll. Il-piz stipulat mid-dwana kellu jkun ta' 400 libra, minhabba li kull daghjsa kellha piz differenti  biex   jaghmel   tajjeb ghal  dan,   kull  daghjsa jkollha borza bir-ramel biex kullhadd ikollu l-piz indaqs.  Dan kien  marbut  b' regolament  u  jekk  dghajsa  tintizen  u  ma'   jkollix   il-piz   stipulat   titlef  id-dritt tal-palju.

ritratt:  Id-dghajsa  tal-midalji fl-1963 bil-Palju ta' l-ewwel b'Hin Record ghal wiri hdejn il-knisja ta' st Teresa f'Bormla.

Fis-sena  1963   rajna l-ewwel  rebha  tal-midalji  lejn  Bormla  permezz   tad-daghjsa l-gdida   ( Malta)   f ' hin rekord ta'  4 minuti u 23 sekonda   bil-qaddiefa Salvu Vella , Joseph Azzoppardi (is-sufu), Leone Grech  u  Zaren Grech ,  biex  kisret  ir-rekord  li  kien  mizmum  mill-Isla ta'  4 minuti u 38 sekanda ,  kif  ukoll  fl-istess  sena  Joseph Cassar u  Joe Brincat    hadmu    d-daghjsa   tal-Pass    bl-isem  (  Marija Concetta   ). Fis-sena 1964  Bormla  zammet  il-palju ta' l-ewwel fit-tigrija tal-midalji bid-daghjsa Malta,   kif  ukoll  rebhet  it-tigrija tal-kajjiki ,  filwaqt  li  f' tal-pass  b'erbgha   rebhet it-tielet palju

 

ritratt: id-daghjsa tal-midalji Bormliza bl-isem "Malta" fl-1964

FL-1965   Joseph Cassar  meghjun   min   Joe  Brincat   hadmu  l-Kajjik  gdid bl-isem  (Il-Bormliz) u l-fregatina bl-isem (Gorga). Is-sena 1965 l-iktar darba li Bormla kienet armata tajjeb fir-regatta ghar-rebh tax-shield.  Kienet  sena pozittiva u ta' hidma kbira,  ghad-distrett Bormliz ghax irnexxielu jzomm  il-palju  rebbieh  tal-midalji  ghat-tielet sena konsekuttiva fil-waqt  li  pplejsja  f' kull tigrija  permezz  tat-tieni  palju  fil-fregatina, kajjiki u f' tal pass b' erbgha ,   kif ukoll rebah it-tielet palju f' tal pass bi tnejn.   F'din l-edizzjoni d-distrett  Bormliz  tilef  ic-cans li  jirbah  ghall-ewwel  darba  l-Aggregate  xhield meta nqabzu mill-Karkara b'erba punti biss fl-ahhar tigrija. Nies li kellhom missirijiethom jaqdfu fid-dghajsa ta' b'erbgha ta' Bormla qalulna kif jirrakuntaw, li ix-shield intilfet min taht halqhom minhabba li waqfu xi ghaxar qadfiet qabel it-tmiem tal-korsa, minhabba li zewgt qaddiefa semghu sparatura li hasbuha t-tmiem tat-tigrija, b hekk il-kalkara komplew jaqdfu u ghaddewhom .Wiehed irid jikkonsidra li f 'dan  iz-zmien il-paljijiet  kienu jinqasmu  bejn hafna  distrett   ghax kull  distrett  kellu  xi opra  armata tajjeb. Pero b'dan ir-rizultat koragganti l-hegga tal-poplu Bormliz kibret u l-kumitat wera x-xewqa li tinbena daghjsa tal-Pass ohra, l-Bormlizi  kkontribixxew ghal-dan il-ghan.

F' din is-sena 1965  Bormla kif ukoll ir-regatta generali tilfet lill-wiehed mill-aqwa bennejja tad-dghajjes tal-pass li kien Joe Brincat. Huwa kellu il-mahzen tieghu fil-Kalkara fejn flimkien ma' Joseph Cassar (il-Bengala) kienu jahdmu hafna opri tajbin fosthom l-ewwel dghajsa ghal-klabb Bormliz bl-isem ( 8 ta' dicembru ), u  l-ahhar dghajsa li Joe Brincat hadem ghall-Bormla flimkien ma' Joseph Cassar kienet id-dghajsa  tal-pass  bl-isem  Marija Concetta .  Wara  l-mewt  tieghu   x-xoghol tad-dghajjes waqa f' idejn Ibnu li kien jismu  John Brincat  dejjem flimkien ma' Joseph Cassar (il-Bengala) pero huwa flimkien ma' Joseph Cassar flok bdew juzaw il-Mahzen ta' missieru fil-Kalkara, bdew juzaw il-Mahzen ta' Joseph Cassar li kien jinsab f' Santa Liena f' Bormla stess.(informazzjoni moghtija lilna min John Brincat) 

 Fl-1965  inbniet id-dghajsa tal-Pass  ( Santa Margerita )   mahduma  ukoll min Joseph Cassar  meghjun  min  John  Brincat, din inhadmet fil-mahzen ta' Joseph Cassar f' Santa Liena. Hafna kotba u gazzetti issib li din id-dghajsa inhadmet fis- sena 1966 , pero fuq id-dghajsa hemm l-ANNU 1965 , jista jkun li din id-dghajsa tlestiet fis-sena 1965, pero tbierket jew intuzat fir-regatta tas-sena 1966 , u l-gurnali fl-1966 irrapurtaw li Bormla ghandhom dghajsa gdida bl' isem ta' st Margerita . Min banda l' ohra issib li fir-regatta 1965 Bormla zanznu kajjik u fregatina gdida.

 

 

ritratt: Daghjsa tal-pass b'erbgha bl-isem Marija Concetta li inbniet fl-1963 u rebhet il-palju ta l-ewwel fl-1966 u fl-1968

Fl'1966 :  F' din  l- edizzjoni   Bormla  giet   fit-tielet   post fit- tigrija   tal- midalji   u  rebhet   il-palju   ta'   l-ewwel   fit- tigrija  tal-pass  b' erbgha  bid-daghjsa ( Maria Concetta ) biex   waqfet  ir-rekord  ta' erba snin  infila li  kellhom il-Kalkara. 

ritratt: Daghjsa tal-pass b'erbgha bl-isem Marija Concetta diehla l-ewwel 1966 f'taqtiegha harxa biex waqfet id-dominju li kellhom il-kalkara f'din it-tigrija.

Fl- 1967 inbena l-kajjik b' isem (Matty)mahdum min Guzeppi Delceppo,   kif ukoll inbniet id-daghjsa tal-midalji bl-isem ta' (Teresa) min Joseph Cassar u John Brincat.  Din l-edizzjoni  (1967)  Bormla  rebhet  il-palju  tat-tieni  f' tal-pass bi tnejn u bl-erbgha.    

F' din  l-edizzjoni  (1968)  Bormla  bil-qaddiefa  eroj  taghha   Pawlu Grima " il-felu ", Fredu Bouvet, Leone Grech u Zaren Grech gabu l-palju ta' l-ewwel kemm fil-midalji u   anke   f ' tal-pass  b' erbgha  biex  b' 44  punt  Bormla  rebhet  ghall- ewwel   darba  l-Aggregate xhield  fl-istorja  taghha.

ritratt: id-daghjsa tal-midalji Bormliza "st Teresa" diehla l-ewwel fl-1968

ritratt: id-daghjsa Maria Concetta tal- Pass b'erbgha  diehla l-ewwel fl-1968 biexfinalment l-Aggregate shield tmur ghall-ewwel darba fil-belt Bormliza

ritratt: L-Aggregate shield ghall-ewwel darba fil-Belt Cospicua

 Il-ferh tal-poplu Bormliz fl-1968  kien kbir tant li dawn l-erba  qaddiefa  spiccaw  fuq  l-idejn  gewwa  d-dwana fost briju kbir tas-sapporters prezenti .  F' din  l-edizzjoni  kull distrett kellu  opra armata tajjeb b' konsegwenza li l-punti  tqasmu ma' hafna  distretti ,  naraw  li  l-ewwel palju tal-fregatina mar ghand il-Kalkara u l-palju tal-Kajjik mar l-Isla  filwaqt  li l-Marsa rebhet it-tigrija tal-pass bi tnejn,  biex  Bormla  b' zewgt  paljijiet  ta'  l-ewwel  permezz  tal-midalji u  b' tal-pass b' erbgha  kellha  punti  bizzejjed   biex   tiehu  maghha  l-Aggregate  Xhield  gol-Belt Cospicua.

ll-Kumitat li rebah l-ewwel "Aggregate shield" fis-sena 1968

Fuq wara mix-xellug;

F. Degiorgio, G. Busuttil, S. Tabone, C. Gili, M. Grima, J.Scicluna, J. Lautier
Fuq quddiem mix-xellug:
P. Tanti,  J. Cachia, G. Fenech,  J. Brincat, S. Busuttil, C. Bugeja, G. Mamo,
Grazzi lis-sur G.Busuttil jr li taghna dan ir-ritratt u informazzjoni 

 ritratt: Il-Perit Dom Mintoff meta nizel jaghti l-awguri lill-klabb ta' pajjizu "Bormla" fl-ewwel rebha tieghu fl-1968 , jidher imdawwar bil-qaddiefa , membri u sapporters.

 Kien  dan  is-success  li  qajjem  iktar entuzjazmu u pressjoni fuq il-klabb biex Bormla tirbah iktar unuri u hekk gara fis-snin sebghan.

 

 ritratt: id-daghjsa tal-pass b'erbgha Bormliza "Maria Concetta" qed tintizen biex tkun tista tiehu il-palju ta' l-ewwel.

Fis-sena 1969  Bormla  kienet armata u rebhet  it-tigrija  tal-midalji f ' hin rekord ta' 4 minuti u 17 il-sekonda bil-qaddiefa Pawlu Grima , Fredu Bouvet, Leone Grech u Joseph Lautier bid-daghjsa (TERESA) filwaqt li rebhet it-tieni palju fil-kajjik u fit-tigrija tal-pass b' erbgha li ma' kienux  bizzejjed  biex  il-Bormlizi  jergghu  jaraw  ix-xhield f 'darhom ,  pero zgur li pattew tajjeb fis-snin sebghan li rajna d-distrett Bormliz ipaxxi lil Cospicuani kollha.

ritratt: id-daghjsa tal-midalji "st Teresa" diehla l-ewwel b' hin rekord fl-1969 

-----------------------------------------------------------------------------------------------------------------------

 Harsa ta' rebh ta' Paljijiet u l-Aggregate Shield mill-1951 sal-1969

tigrija tal-midalji          l-ewwel post      -  1963 - 1964 - 1965 - 1968 - 1969

                                    it-tieni post         -  1958

                                    it-tielet post        -  1966

tigrija fregatini             it-tieni post         -  1965

                                    it-tielet post        -  1951

tigrija pass bi tnejn      it-tieni post         -  1965

                                    it-tielet post        -  1958 - 1963 - 1965

tigrija kajjikki               l-ewwel post      -  1951 - 1964

                                    it-tieni post         -  1952 - 1962 - 1965 - 1969

                                    it-tielet post        -  1951

tigrija pass b'erbgha    l-ewwel post      -  1966 - 1968

                                    it-tieni post         -  1958 - 1962 - 1965 - 1967 - 1969

                                    it-tielet post        -  1964

Bormla rebhet ix-xhield fl-1968

go to top

STORJA TAL-KLABB -     " Mill-1970   sal-1979 "        SEZZJONI III

 FL-1970  Is-Sur Matty Grima  li  f' dan  iz-zmien   kien   President  tal-klabb kien bniedem mahbub fost il-Bormlizi. Kien bniedem li jaccetta idejat, oppinjonijiet, biex flimkien ma' membri l-ohrajn tal-kumitat, jara x' inhu l-ahjar ghal klabb  u  jekk  jara li persuna kienet  esperta  fuq certi oqsma kien ihalli f' idejha, l-aqwa li l-klabb jirbah. Hu kien jaf tajjeb li biex il-qaddiefa jaslu  ghall-ghan taghhom  kien  mehtieg  ikomplu   jarmaw  lid-distrett  b' opri godda.  Kien   tal-fehma   li bl-intrudizzjoni ta' aktar opri  godda  Bormla  tissahhah  u  tkun  f' pozizzjoni  li  tisfida  aktar  ghar-rebh  tax-xhield.  Il-bini  ta'  dawn  l-opri  kompla fdat f'idejn l-imghallmin Guzeppi Cassar meghjun min John Brincat, li  s-sena  u  l-hila   ta' dawn il-Bormlizi dehru fil-finezza ta' kull opra li hadmu.

Fl-laqgha  bejn  il-membri,  qaddiefa  u  kumitat  wara t-telfa tal-1969, il-kumitat iddecieda ukoll li  jibdel  l-istrategija  u  s-sistema ta' qdif  li  kienu  jaqdfu  bija l-Barklori.  Il-barklor kellu  esperjenza  kbira fil-qdif  u s-sistema tieghu kienet li waqt it-tigrija kien juza sahha kbira  fuq  il-moqdief,  is-sahha li  kien juza f' kull qadfa ma' kienx ihossa u lanqas jikkalkula, f 'dirghajn  mibruma  u immuskolati bix-xoghol tal-bahar, il-moqdief jintrefa mill-ilma u jerga jghaddsu  fil-fond billi jinxtehet fuqu b' kemm sahha kellu, kien jibqa  sejjer  hekk  tul it-tigrija  kollha, b' hekk  kont  tisma  il-habta  tal-moqdief  ma'  l-iskalm, il-gibda  fuq  l-istropp u iz-zaqzieqa twila ta' meta l-moqdief jerga jigi iffruntat ma' l-iskalm.

Is-sistema u  l-istrategija  l-gdida  bormliza  kienet  differenti,  t-tahrig fiziku ma' kienx isir fl-opri biss, ivarja  minn  giri  sa  rfigh  ta' hadid biex il-qdif  jkun iktar fizikament  hafif. Il-qadfa  kellha  tinzamm  iktar  f'wicc  l-ilma  mhux  fil-fond u aktar  mal-qaddief  jirnexxilu  itella  palati  fil-minuta,  timxi  aktar  id-daghjsa. B' din is-sistema l-heffa  kienet  kollox  u  dan  beda  jidher car bil-hinijiet tajba lid-dghajjes Bormlizi bdew igibu waqt it-tahrig taghhom. Bil-palati hfief, b'ritmu mghaggel f' wicc l-ilma u bla ebda sforz zejjed mill-qaddiefa bdiet turi success fit-teknika   kompletament  gdida   biex  fl-ahhar   mument  tal-korsa  il-qaddief jibqalu nifs u sahha bizzejjed biex iqawwi l-qdif tieghu.

Il-klabb  kompla  jissahhah  qaddiefa  godda  ssiehbu  mieghu,  kif ukoll numru sabih ta' membri nkitbu mal-klabb u bid-dhul taghhom ghen  mhux  ftit lil klabb fil-qaghda finanzjarja. Kien propju f'dan iz-zmien li l-kumitat Bormliz sab hafna ghajnuna min individwi ta' esperjenza fosthom John Brincat  u  George Fenech(maghruf bhala il-Buznikk) li ddedikaw hafna minn hin taghhom u ghenu hafna lill-klabb fil-manutenzjoni u fit-thejjijiet necessarji ta'  kull opra,  biex bil-hegga  u  bl-esperjenza  kbira  li  huma  kellhom  sahhew  l-ekwipaggi   Bormlizi biex johorgu   bl-unuri   kollha  f' kull  tigrija. Fuq  quddiem  tal-Pruwa  tad-dghajjes  Bormlizi  kien  hemm  l-arma  tal-qotna, f' dan iz-zmien  fuq uhud mid-daghjjes specjalment  il-godda  bdejna naraw dak li nghidulu  ix-xetru  u  mieghu  terha hamra bil-kitba Bormla ,  li maz-zmien  dan  "ix-xetru bit-terha hamra"  ha post il-qotna, u  li  llum  insibuh  fuq  kull  daghjjes Bormliza.  Fl-1970 Joseph Cassar meghjun min John Brincat lesta d-dghajsa tal-midalji bl-Isem ta' "Santa Liena", kif  ukoll   inbniet  fregatina  bl-isem  " Annunzjata "  mahduma   min   Guzeppi Delceppo. Sur Matty Grima  fl' laqgha  li  kellu  mal-qaddiefa  f 'Awissu ta' 1970  heggighom biex ikunu konxji fit-tahrig  waqt  l-ahhar  provi u fl-istess hin ikunu sportivi. Il-qaddiefa ziedu l-isforzi taghhom fit-tahrig kif ukoll ezercizzji  fizici  li bdew   isiru   fil-mahzen   tal-klabb   stess.   Il-kumitat  ma'  baqax  lura u  beda jorganizza fieri, tombli, lotteriji u anke serati divertenti biex  permezz taghhom jithallsu l-ispejjes li  jirrikjedi l-klabb, kif ukoll jippremja lil qaddiefa tieghu jekk kemm il-darba Bormla tirbah ix-xhield. 

1970 Ix-xoghol kollu li sar issarraf f'rebha kbira ghall- Bormla, bir-rebh tat-tieni Palju tal-Midalji, kif ukoll tlett Paljijiet ta' l-ewwel, bil-Kajjik, b'tal-Pass bi tnejn, u  l-ewwel  palju  fit-tigrija  tal-pass  b' erbgha   bid-daghjsa  "Maria Concetta" , il-qaddiefa  Freddie ellul  -  Alfred Bouvet  - Tony Ellul -  Leli D' Amato  kellhom taqtiegha  harxa  mad-distrett ta' Marsamxett li kien favorit  u  mad-daghjsa  ta' l-isla  li  dahlet  fit-tielet post,  il-Bormlizi zammew sa l-ahhar  it-tul  ta' daghjsa vantagg biex finalment hargu rebbieha.  Wara din it-tigrija  Is-Sur  Matty Grima president   tal-klabb   Bormliz  gie   pprezentat   bl- " Aggregate shield "   minn  Lady Dorman  fost  il-ferh  tal-partitarji  Bormlizi waqt li bdew jghollu d-daghjsa " Maria concetta "  fuq  l-idejn  gewwa  d-dwana.   Celebrazzjonijiet   komplew f' Bormla fejn gew organizzati gimgha attivitaijiet sbieh ghal din ir-rebha.

1971 Id-distrett  kien  armat  f' kull  korsa  u  armat  aktar  b' sahhtu  mis-sena ta' qabel,  biss f' dan l-isport il-fortuna u l-isfortuna dejjem ikollha s-sehem taghha li waslet biex id-distrett Bormliz  tilef l- Aggregate shield.  Bormla  sahhet   sew id-daghjsa tal-midalji u l-fregatina li sena qabel ma' gabux  il-palju ta' l-ewwel, filwaqt li fl-opri  l-ohra  halliet  l-istess  kalibru ta'  sahha  li  kellha.   Id-daghjsa tal-midalji  "Santa Liena"  gabet   l-ewwel  palju  b' hin rekord  ta' 4 min u 13 il-seconda bil-qaddiefa Cikku Azzoppardi - Guzi Azzoppardi - Mario Azzoppardi - Leli D'Amato,fil-waqt li ghall-ewwel darba fl-istorja min meta saret  l-Aggregate shield hadet il-palju ta' l-ewwel bil-fregatina "IL-BORMLIZA", bil-qaddiefa Mario u Cikku Azzoppardi. Kullhadd haseb li Bormla biz-zewg  paljijiet  ta'  l-ewwel li kisbet fil-midalji u l-fregatina se terga terbah  ix-shield,  izda fit-tigrija  fit-tigrija tal-pass bi tnejn id-dghajsa Bormliza  kella  tieqaf f 'nofs  bahar  meta  l-qaddief Toni Ellul gibed muskolu u ma'  setax  ikompli  t-tigrija.  Dan  qajjem  problema ohra fuq  id-dghajjsa  tal-pass bl-erbgha  minhabba  li dan il-qaddif kellu jaqdef fija  ukoll,  il-kumitat   iddecieda  li  floku  jibghat  il-qaddief  Mario Azzoppardi (is-sufu).  Bormla ma'  hadet l-ebda palju min din it-tigrija u hawn deher bic-car ix-xoghol li sar fuq l-issettjar tad-dghajjes kien success,  minhabba  lid-daghjsa tal-pass  Bormliza  kienet   issetjata ghal  qaddief  Toni Ellul  mhux  ghal  Mario (is-sufu). Tajjeb li nghidu ukoll li biex tkompli  tkun  hazina   d-daghjsa  tal-pass Bormliza kellha habta mad-daghjsa ta' l-isla u kien kollox decis min din l-ahhar tigrija fejn kellha tmur ix-xhield , id-differenza fil-punti  bejn bormla u l-karkara kienu ta' 8 punti biss ,  ghax  fil-kajjik  il-birgu hadet il-palju ta' l-ewwel,  it-tieni l-isla u Bormla fit tielet post ,  biex  finalment  b' total  ta' punti globali l-kalkara rebhet is-shield ta' 1971. bormla spiccat runners up b 36 punt.

1972   Ir-rih  qawwi  tellef  mhux  ftit  din  l-edizzjoni,  id-distrett  Bormliz  kellu tigrijiet   eccellenti  quddiem  eluf  ta'  nies.  Fil-midalji  Bormla  hadet   sehem bl-istess  qaddiefa  tas-sena   ta'  qabel,   fejn  irnexxielhom  izommu l-palju ta'  l-ewwel  wara   taqtiegha  harxa  mid-distrett  tal-Kalkara u  tal-Birgu.   Bormla rebhet  ukoll  it-tigrija  tal-Pass bi tnejn  bil-qaddiefa Leone u Fredu  , pero fil-kajjik u l-fregatina ma' rebhet l-ebda palju, kollox kien decis ghal-ahhar tigrija  fejn  kienet se tmur  ix-xhield,   bejn  Bormla  li  kellha 40 punt u l-Isla li kellha 32 punt ,u t-tnejn kellhom dghajjes armati   b'qaddiefa  li  jgawdu  hafna popolarita mal-partitarji.   Il-kru  Bormliz  bil-qaddiefa  Cikku Azzoppardi - Guzi Azzoppardi - Mario Azzoppardi - Leli D' Amato ,   hargu  fuq  quddiem  flimkien  mad-dghajjes ta' l-isla u marsamxett, Bormla hadet  ftit vantagg  fuq l-isla pero Marsamxett baqet  ras imb ras  mad-daghjsa Bormliza fejn dahlu flimkien ghal-ewwel post, hawn inqala pandemonju shih u glied bejn partitarji Beltin u dawk Bormlizi filwaqt l-isla rrassenjat ruha ghax palju tat-tielet post xorta kienet tilfet ix-xhield,  finalment id-daghjsa Bormliza giet klassifikata fl-ewwel post u  wara li kkalmat  is-sitwazzjoni  fid-dwana, l-gvernatur  generali   Sir  Anthony  Mamo pprezenta x-xhield  lis-sur Matty Grima  president  tal-klabb  Bormliz.   Mument interessanti f' din l-edizzjoni  waqt  l-ghoti  tal-premjijiet  il-qaddiefa  ta' l-Isla w Bormla nsew ghal ftit ir-rivalita kbira bejnithom u hadu ritratti flimkien u ferhu b' xulxin.

1973 Bormla reget rebhet permezz tat-tieni post fit-tigrija tal-midalji u  l-ewwel post  fit-tigrija  tal-pass bi tnejn  bil-qaddiefa   fredu bouvet  u  leone grech ,  u fil-kajjik  u  fil-fregatina ma' hadet l-ebda palju,  kien jidher car li l-ahhar tigrija kellha tiddeciedi fejn sejra ix-xhield minhabba li l-Isla kellha 34 punt, il-Birgu u Bormla  kellhom  32  kull  wiehed ,  ghalhekk l-ahhar tigrija kienet tfisser dwell finali bejn it-tlett ibliet tal-kottonera. F' din it tigrija d-daghjsa ta' kalkara marret fuq quddiem segwita min marsamxett,f' nofs il-korsa iz-zewg daghjjes  Bormlizi ziedu l-qadfa taghhom , wahda mid-daghjjes Bormlizi giet  pruwa  ma'  dik   ta' Marsamxett  biex  fi  ftit  sekondi  t-tieni  daghjsa  Bormliza wkoll  kienet f' linja maghhom. Fl-ahhar ftit  il-qaddiefa Cikku azzoppardi - Guzi Azzoppardi - Mario Azzoppardi - Leli D' amato  ziedu  l-qdif  taghhom  biex  finalment  Bormla giet fl-ewwel post, warajhom d-daghjsa ta' Marsamxett u fit-tielet post dahlet it-tieni daghjsa Bormliza, l-gvernatur is-sur  Anthony Mamo  pprezenta x-xhield  lis-sur Matty Grima biex Bormla ssigillat ir-raba rebha fl-istorja taghha.

1974 din l-edizzjoni hija deskritta bhala wahda mis-sbieh mis-snin sebghan, fiha kellna zewg tlielaq tal-kajjikki li gew maqsuma bhala kajjikki (a) u kajjikki (b) li min jerbah it-tigrija tal-kajjiki (b) jiehu nofs il-punti u xorta jintaddu ghall-aggregate shield. tajjeb li nghidu li f' din l-edizzjoni il-korsa tqassret  minhabba li kien hemm vapur mgharraq fil-port , kif ukoll ghal-ewwel darba intuza il-"video Finish" biex jitnaqqsu hafna protesti u argumenti li kienu jsiru. Kienu se jsiru ukoll il-lanes sa terz tat-triq imma minhabba xi protesti min xi qaddiefa dawn ma' sarux.Bormla rebhet it-tigrija tal-midalji bil-qaddiefa cikku azzopardi - fredu bouvet - mario azzoppardi - leli d' amato. Fil-fregatina ma' rebhet xejn filwaqt li fit tigrija tal-pass bi tnejn rebhet it-tielet palju. fit-tigrija tal-kajjikki (a) bormla rebhet l-ewwel palju bil-qaddiefa tony cassar u manwel gerada wara taqtiegha harxa ma' l-isla , marsa u l-birgu, filwaqt li fil-kajjikki (b) bormla rebhet it tielet palju.f' din l-edizzjoni il-punti qabel l-ahhar tigrija kienu l-isla 48 , bormla 40 biex b' hekk l-ahhar korsa kellha tholl u torbot min se jkun ir rebbieh.fl-ahhar tigrija bormla kellha l-istess qaddiefa li rebhu il-korsa tal-midalji u l-istess ghamlu fil-korsa tal-pass b'erbgha li hadu il-palju ta' l-ewwel , biex in-nutar Joseph Abela ministru tal-finanzi u dwana ipprezenta l-aggregate shield lis-sur johnny Darmanin vici president tal-klabb Bormliz.

1975 ukoll kellna zewg tigrijiet tal-kajjiki fuq l-istess procedura tas-sena ta' qabel, id-distrett bormliz gie it-tielet fil-midalji u rebah il-palju ta' l-ewwel fit tigrija tal-pass bi tnejn bil-qaddiefa  cikku azzopardi u indri d' amato, f' taqtiegha harxa mad-distrett ta' l-isla. fil-kajjikki (a) bil-qaddiefa manwel gerada u toni cassar rebhu il-palju ta' l-ewwel , filwaqt li fil-kajjik (b) bormla rebhet il-palju tat-tieni. bormla kellha 42 , bl-isla 38 u il-marsa 36 u kollox kien jiddependi ghal-ahhar tigrija fejn bormla dahlet fit-tielet post u bil-palju jmur ghand il-marsa biex bormla spiccat "runner up" b' 50 punt 

1976 kienet gurnata ta' xita u rih kiesah ,id-distrett bormliz iddizappunta  fl-ewwel zewgt tigrijiet meta ma' rebah l-ebda palju, u fit-tigrija tal-pass bi tnejn  rebah it-tieni palju, u gie it-tielet fil-kajjik li din is sena ma' it-tigrija tal-kajjiki (b) ma' saritx. bormla rebhet ukoll it-tieni palju fil-korsa tal-pass b' erbgha biex spiccat "runner up" 38 punt

1977 din l-edizzjoni  saret tigrija gdida bid-daghjsa tal-pass b' qaddief wiehed li giet mirbuha mid distrett ta' marsamxett pero ma' kellhiex punti, din l-edizzjoni ntlaqtet min decizjonjiet hziena min-naha tal-gurija fit-tigrija tal-midalji li rajna d-daghjsa tal-marsa u tal-kalkara dehlin ras imb ras, ir-rizultat ufficcjali qal li kienet il-marsa li dahlet l-ewwel u hawn wasslu hafna protesti mill-qaddiefa u partitarji tal-kalkara u b 'hekk  inqala glied u hafna siggiejiet fid dwana spiccaw jghollew ma' hafna ghajjat u nsulti li sahansitra kellu jintervjeni l-kummissarju tal-pulizija. B' dan ir-rizultat f' tal-midalji wassal biex id distrett tal-kalkara bi protesta jirtiraw mir-regatta u maghhom irtiraw ukoll il-Birgu u anke id-distrett ta' Bormla. Jidher car li kien hemm battibekki fil-kumitat Bormliz li mhux kollha qablu bejnithom li Bormla tirtira. (Ma' nafux ghala irtiraw jista jkun bhala appogg ghad distrett tal-kalkara).

Zgur din li d-distrett ta' Bormla jirtira mill-kumplament tar-Regatta xejn ma' nizlet tajjeb mal-President tal-klabb Bormliz is-sur Matty Grima, fejn qal li Bormla ma' kellix x taqsam mal-problema li nholqot fit-tigrija tal-Midalji, u xtaq li tkompli it-tigrijiet li kien fadal. Dak inhar stess il-President tal-klabb Bormliz ta' irrizenja tieghu lil Klabb Bormliz.  

Fil gurnal : ( F'dikjarazzjoni pubblika li kien ghamel Matty Grima President tal-klabb Bormliz qal, li d-decizjoni li d-dghajjes ta' Bormla jirtiraw ma' ttiehditx mill-kumitat kollu , izda min parti zghira tal-kumitat u xi qaddiefa. L-irtarar tal-qaddiefa minghajr struzzjonijiet min-naha ta' ufficjali juri n-nuqqas ta' dixxiplina u rispett lejn il-kumitat. Huwa sahaq li " bhala President ma' nittollerax li decizjonijiet ta' importanza jittiehdu min minoranza tal-membri tal-kumitat, l-aktar fin-nuqqas ta' qbil min-naha tal-ufficjali". Taht dawn ic-cirkostanzi habbar ir-rizenja mill-kariga tieghu bhala President tal-kumitat Regatta Bormla )

fil-gurnali : ( Il-Klabb tal-Kalkara jirringrazzja lil kumitat Bormliz u dak tal-Birgu talli qablu li jipprotestaw bhalhom. Il-Kalkara rringrazzjaw lil qaddiefa ta' Bormla u l-Birgu li b' tant sagrificcju ippreparaw ghal din ir-regatta biex imbaghad accettaw mill-ewwel li jinghaqdu mad-distrett tal-Kalkara fil-Protesta! )

hafna nies ta' dawn il-klabbs li rtiraw marru lejn djarhom u kien ta' dizappunt kbir ghar-regatta globali. Biex tkompli tghaqad barra il-hin mitluf ,inqatghu l-planki li jiffurmaw il-barrikati fil-bahar li jzommu lid-daghjjes milli jidhlu il-gewwa waqt it-tigrijiet.

1978 f' din l-edizzjoni gie introdott il-"polavision" apparat li jirregistra tmiem it-tigrija, kif ukoll rajna ghal-ewwel darba jipparticipa id-distrett ta' marsaxlokk. ghat-tieni darba saret it-tigrija tal-pass b' qaddief wiehed li d-distrett Bormliz gie fit-tielet post fiha. Wara 3 snin ta' nuqqas ta' rebh il-klabb bormliz irnexxielu jaghmel rimonta li ddominat 6 rebhiet konsekuttivi nfila mill-1978 - 1983 li huwa rekord li l-ebda distrett iehor m'ghamel dan. F' din l-edizzjoni il-klabb bormliz hareg b'sahtu fit-tigrija tal-midalji bil-qaddiefa cikku azzoppardi - alfred bouvet - mario azzoppardi - guzi fava fejn gabu l-ewwel palju. fil-fregatina bormla ma' rebhet l-ebda palju, izda fit-tigrija tal-pass bi tnejn bil-qaddiefa alfred bouvet u indri d' amato rebhu il-palju ta' l-ewwel kif ukoll intrebah il-palju ta' l-ewwel fit-tigrija tal-kajjik bil-qaddiefa cikku azzoppardi u mario azzoppardi, ix-xhield kienet kwazi gewwa meta kullhadd kien jaf x' kalibru hemm fl-ahhar tigrija dik tal-pass b-erbgha li kienet armata bl-istess qaddiefa li qadfu f' tal midalji. it-tigrija tal-pass b'erbgha kienet kumbattuta bejn il-kalkara, u bormla biex finalment il-palju ta' l-ewwel intrebah mill-bormlizi biex fl-ahhar ta' l-edizzjoni il-ministru tad-dwana u l-finanzi dr. joseph abela ipprezenta l-aggregate shield lis-sur Matty Grima. min hawn il-quddiem bdew celebrazzjonijiet kbar fosthom il-marc tradizzjoni kif ukoll gimgha ta' attivitajiet kbar fil-belt bormliza li fost ic-celebrazzjonijiet insibu meta l-klabb bormliz mar bid-daghjjes fir-rahal taz-zurrieq ghax missier il-qaddiefa Leli u Indri d' amato xtaq jara id-daghjjes li qadfu fihom uliedu.

Grazzi lil l-imghallem John Brincat ta' hafna mill-informazzjoni li ghaddili tas-snin sebghan .  (  issa jmiss xi ritratti biex nirrangawha sewwa u nibdew zmien it-tmenin li bosta informazzjoni dwara qed jaddijielna grazzi lil Mario Azzoppardi )

1979  bdiet ir-regatta jum il helsien , inridu naraw jekk ma namlux pagna fuq jum il helsien biss.

 

 

 

Harsa ta' rebh ta' Paljijiet u l-Aggregate Shield mill-1970 sal-1979 

tigrija tal-midalji       l-ewwel post    -  1971 - 1972 - 1974 - 1978

                                  it-tieni post       -  1970 - 1973 - 1979

                                  it-tielet post      -  1975 -

tigrija fregatini           l-ewwel post    - 1971  

                                   it-tieni post      -  1979

tigrija pass bi tnejn     l-ewwel post    - 1970 - 1972 - 1973 - 1975 - 1978 - 1979

                                    it-tieni post     - 1976

                                   it-tielet post     -  1974 - 1976

tigrija kajjikki              l-ewwel post   -  1970 - 1974 (a) - 1975 (a) - 1978 - 1979 

                                   it-tieni post      -  1975 (b) 

                                    it-tielet post     -  1971 - 1974 (b) - 1976

tigrija pass b'erbgha   l-ewwel post    -  1970 - 1972 - 1973 - 1974 - 1978

                                    it-tieni post      -  1976 - 1979

                                    it-tielet post    -  1973 - 1975

korsa tal-pass b'qaddief wiehed   1978 - tielet post

Bormla rebhet ix-xhield fl-1970 - 1972 - 1973 - 1974 - 1978 - 1979  

 

 

 

go to top

STORJA TAL-KLABB -    " Mill-1980  sal-1989 "       SEZZJONI   IV

QED TIGI MIGBURA

go to top

STORJA TAL-KLABB -    " Mill-1990  sal-1999 "        SEZZJONI   V 

QED TIGI MIGBURA

go to top

STORJA TAL-KLABB -      " Mill-2010  sal-2019"        SEZZJONI   VI

qed tigi migbura

go to top