Klabb Regatta Bormla

Sapporters Website. come on blues !!

TAHRIG GHAL  REGATTA YOUTHS 2022

  

Il-Klabb taghna maghruf ghal hafna qaddiefa godda li jtella min  sena ghal ohra , u dan grazzi ghal hidma kbira li issa mis-sezzjoni tal-klabb " YOUTH NURSERY " .

Il-Hidma u d-dedikazzjoni  f'din in-Nursery titkellem wehidha meta tara is-shield u issib li Bormla rebhet ir-regatta tal-Youths ghal 13 il-darba.

Din ir-regatta se terga tirritorna fid-9 ta' Lulju 2022 u nappellaw lis-sapporters kollha tal-Klabb Bormliz biex jigu jissapportjaw lil qaddiefa taghna .

--------------------------------------------------  

 

 ------------------------------------

Regatta youths 2022  

Ir-Regatta U20 kienet organizzata mill-Għaqda Regatta Nazzjonali, SportMalta u l-klabbs tar-Regatta lokali.

Dawn kienu r-riżultati kollha:

U20 Tiġrija 1: Tal-Pass b’erba’ mqadef (Tal-Midalji )

1. Bormla (Dean Agius, Denzel Thornton, Nicholas Paris, Isaac Mizzi)

2. Isla (Luke Farrugia, Cayvon Gatt, Coultan Buhagiar, Denilson Long)

3. Kalkara (Owen Said, Clayton Azzopardi, Kurt Cassar, Kieran Bonnici)

U20 Tiġrija 2: Frejgatini

1. Isla (Owden Caruana Smith & Deacon Abela Wilson)

2. Birgu (Edilson Aquilina & Thomas Farrugia)

3. Bormla (Kayden Aquilina & Isaac Mizzi)

U20 Tiġrija 3: Ta’ bi Tnejn

1. Marsamxett (Mel Magro & Shylon Gauci)

2. Kalkara (Kohath Mallia & Clayton Azzopardi)

3. Isla (Luke Farrugia & Cayvon Gatt)

U20 Tiġrija 4: Kajjikki

1. Kalkara (Kohath Mallia & Kurt Cassar)

2. Isla (Wesley Ghiller & Lydon Anastasi)

3. Bormla (Dean Agius & Mattia Calleja)

U20 Tiġrija 5: Tal-Pass b’erba’ mqadef

1. Isla (Luke Farrugia, Cayvon Gatt, Owden Caruana Smith, Denilson Long)

2. Marsamxett (Reeves Cini, Mel Magro, Shylon Gauci, Roxvin Micallef Gouder)

3. Bormla (Dean Agius, Denzel Thornton, Nicholas Paris, Mattia Calleja)

Frejgatini tan-Nisa

1. Isla (Brooke Stivala & Alyhia Bonello)

2. Kalkara (Kenzie Abela & Narkesha Mizzi)

3. Birgu (Jade Cachia & Chanelle Avellino)

Ta’ b’wieħed (Tal-Barklori)

1. Marsamxett (Peter Cremona)

2. Birgu (Gordon Dimitri)

 ID-DISTRETT TA' L-ISLA JIRBAH IR-REGATTA TAL-YOUTHS 2022  

B'DIN IR-REBHA ID-DISTRETT TA' L-ISLA JERBAH DIN IS-SHIELD GHAS-SITT DARBA .

-------------------------------------------------------- 

 

3. Kalkara (Davison Micallef)

                           Pagna : Youth Nursery

                  

                              L-ewwel Nursery tar-Regatta f' Malta

In-Nursery tal-klabb Bormliz twaqfet fis-sena 2013. Il-Logo tan-Nursery huwa ta' Tarcisio Bonnici. F'Din il-pagna se niffukaw biss fuq in-Nursery tal-klabb taghna fejn indahhlu kull informazzjoni kemm fuq tahrig taz-zghazagh taghna, kif ukoll rizultati u tariff fuq ir-Regatta li ssir apposta ghal-Youths.

------------------------------------------------------------------------

Rizultati Regatta Youths 2019 

REGATTA BORMLA  YOUTH NURSERY TEAM 2019 

 

 

Rizultati ufficjali 

tal-pass punti tal midalji : Isla 20p   Bormla  12p  Kalkara  6p 

fregatini  : Isla  12p    Kalkara  8p   Bormla  4p

pass bi tnejn : Isla  20p   Kalkara  12p  Bormla  6p

kajjik :  Kalkara  12p   Isla  8p   ------

pass b'erbgha :  Isla  24p   Kalkara  16p   Bormla 8p 

 

Klassifika  Isla Rebbieha 84 punti

Kalkara 54 punt

Bormla 28 punt 

------------------------------------------ 


Tahrig 2019  Regatta youths

IR-REGATTA YOUTHS 2019 SE ISSIR FIL-BAJJA

TAR-RINELLA

IS-SIBT  FIS-6 TA' LULJU  MILL-4:00 pm il-quddiem.

INHEGGUKOM TIGU TISSAPPORTJAW LIZ-ZGHAZAGH FUTURI TAL-KLABB TAGHNA  

IL-Klabb Bormliz min dejjem l-ghan principali tieghu kien li jghallem bosta tfal biex il-klabb dejjem jikber. Rajna bosta zghazagh li kienu tfal u illum narahom jiehdu sehem fil-kategorija B u sahansitra kategorija A jirbhu bosta Paljijiet . 

Kburin li nghidu li waqqafna l-ewwel Nursery ufficjali f'Malta fejn tidhol Regatta fis-sena 2013  , saret ukoll LOGO tan-Nursery  mis-sur Tarcisio Bonnici  u bdiet il-hidma biex din il-Nursery tkompli tifjorixxi.  Rajna il-frott meta d-distrett Bormliz rebah kemm il-darba x-xhield tar-Regatta youths , li bosta drabi konna insejhula Under 18 , u l-klabb taghna rebah din il-kompetizzjoni ghal 13 il-darba.

Kull Nursery gdida issib it-tlugh u l-inzul taghha, kif ukoll tipprova dejjem tirfina u t-tejjeb il-prodott maz-zmien . Il-klabb beda jinvesti f'bosta magni tal-gym addattati u s-settjati ghat-tfal, u anke bosta qaddiefa li jaqdfu fil-kategorija A kienu jaghtu ftit min Hin taghhom ghal dawn it-tfal . Il-Klabb kompla jtejjeb din in-nursery mas-snin billi  l-hsieb kien li jsiru opri godda ghar-Regatta ta' Marzu u Settembru fil-kategorija Open , biex dawk li kienu jintuzaw qabel jinaghataw uhud minnhom lin-nursery .

Mas-snin rajna ukoll il-klabb jirranga l-Mahzen tieghu minhabba li zdiedu l-opri , kif ukoll itejjeb il-kundizzjonijiet bhal showers ghat tfal, lockers , madum, ecc. 

Il-hidma fin-nursery ma' tieqaf qatt u hsarat ikollok dejjem, u l-klabb jiehu hsieb ukoll bosta restawr fuq uhud mid-dghajjes li jintuzaw min-Nursery ,dan grazzi dejjem lil Alex Gatt u bosta qaddiefa ohra li joffru l-ghajnuna taghhom. Grazzi ukoll l-isponsors li jghinu din in-nursery biex il-klabb ikun jista jaghmel tracksuit u flokkijiet ghal dawn iz-zghazagh qaddiefa futuri . 

Dan l-ahhar il-klabb ta' spinta fuq l-istrategija tan-nursery , il-klabb hatar lill-Owen Ciantar  , ex qaddif li illum irtira mill-qdief biex jiehu t-tmexxija tan-Nursery f'idejh, billi jharreg u jghallem lit-tfal kemm fuq dghajjes kif ukoll fil-gym tal-klabb. B'hekk it-tfal ikollhom sistema ukoll ta' granet u hin tajjeb ghat tahrig ghalihom , biex jitnaqqas il-genn li kien ikun hemm  meta jibdew jithargu il-qaddiefa l-kbar .

Owen huwa bnidem dedikat hafna u grazzi lilu u bosta persuni li qed jghinuh ,, biex it-tfal taghna ikollhom l-aqwa attenzjoni u serjeta madwarhom u b'hekk ihossuhom iktar komdi fl-isport li tant ihobbu. 

 Appell ghal min irid jibda jitghallem jaqdef .  

 Dawk it-tfal li jixtiequ jidhlu fl-isports tal-qdif jistaw jinzlu il-mahzen ma' xi hadd mill-Genituri ,jew ikellmu direttament lil Owen Ciantar il-persuna responsabbli mill-Youth Nursery Regatta Klabb Bormla.  

---------------------------------  

 

 Zghazagh waqt tahrig u tghallim  taht il-gwida tal-membru tal-kumitat u ex qaddief Owen Ciantar, li f'idejh ghandu r-responsabbilta tan-nursery tal-Klabb taghna. 

Tfal Bormlizi jithargu fuq id-dghajsa tal-Pass b'erbgha mqadef  

  

Tahrig fiziku b'attenzjoni u gwida individwali fil-klabb tar-Regatta Bormla ghat-tfal u zghazagh.

------------------------------------ 

Regatta youths - under 18 

GLOBALI  --  REBBIEHA TAR-REGATTA  YOUTHS   

2000- BORMLA 

2001 - BORMLA

2002 - ISLA 

2003 - BORMLA 

2004 - BORMLA

2005 - BORMLA / ISLA

2006 - BORMLA

2007 - BORMLA

2008 - BIRGU 

2009 - ISLA

2010 - MA' SARITX 

2011 - BORMLA

2012 - BORMLA

2013 - BORMLA

2014 - BORMLA

2015 - BORMLA 

2016 - BORMLA

2017 - BIRZEBBUGA 

2018 - ISLA

2019 - ISLA

2022 - ISLA

 

 

 GLOBALI   --  KLASSIFIKA  REGATTA ( UNDER 18 - YOUTHS )

BORMLA     13 REBHIET     

ISLA              6 REBHIET        

BIRGU            1 REBHA

BIRZEBBUGA   1 REBHA

M' XETT                    

MARSA 

KALKARA 

-------------------------------------------------------------- 

 

Membru gdid fil-kumitat  b'kariga ghaz-zghazagh


Il-Klabb habbar li fl-ahhar laqgha tal-kumitat li saret gie decis li jigi "co opted " membru iehor fil-kumitat . Dan se jkun Owen Ciantar li  se jkollu il-kariga u responsabilta il-qaddiefa zghazagh ta' taht it-18 il-sena . 
Awguri Owen 
 
 
 
 ----------------------------------------------

 11-04-2013                                         First Regatta Nursery 

                             

 The Cospicua Regatta Club has enacted a committee to oversee the club’s nursery particularly the participation in Under 18 competitions.

The logo for the youth nursery which was decided upon after a design competition was held between artists hailing from Cospicua.

In March this year, the Cospicua Regatta Club has signed a twinning project with St Michael’s Rowing Club Dun Laoghaire, through which collaboration the club members will promote the national regatta and also gain international experience.

         

------------------------------------------------------------------------